Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

Iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara huwa Moviment ta’ ħaddiema u studenti lajċi organizzati sabiex jagħtu xhieda ta’ Kristu fost sħabhom ħaddiema u jaħdmu flimkien mal-Ġerarkija tal-Knisja. L-iskop tax-xhieda konkreta hi sabiex il-membri jiksbu għalihom u għal sħabhom ħajja ħielsa li tixraq id-dinjità tal-bniedem kif irid Kristu. Permezz tar-reviżjoni tal-ħajja li ssir fil-grupp, il-membri jaħdmu sabiex isibu tifsira sħiħa ta’ ħajjithom. B’hekk ma jispiċċawx biex isiru ġugarell f’idejn xi ħadd, biex jiġu sfruttati għal xi skop kummerċjali, politiku, jew xi skop ieħor. Fir-reviżjoni tal-ħajja l-ħaddiema u l-istudenti żgħażagħ jiġu edukati sabiex bil-mod il-mod jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom għas-sejħa ta’ soluzzjonijiet ġusti u xierqa għall-problemi li jiltaqgħu magħhom f’ħajjithom. Dan jgħodd għal kull livell; lokali, nazzjonali u internazzjonali. Hu għalhekk li l-Moviment jagħmel parti minn Moviment Internazzjonali li hu mxerred mad-dinja kollha.

Fil-qosor, il-metodu u l-istil li bihom il-Moviment jaħdem huma li

1. Jeduka liż-żgħażagħ ħaddiema u studenti (kif ukoll dawk li qed ifittxu x-xogħol), biex b’mod responsabbli jgħixu l-ħajja soċjali, kulturali u reliġjuża tagħhom. B’dan il-mod jas biex jerfgħu aħjar ir-responsabbiltajiet tal-ħajja. Il-Moviment dan ix-xogħol iwettqu prinċipalment bil-metodu ARA-QIS-AGĦMEL;
2. Jaqdi liż-żgħażagħ ħaddiema u studenti b’servizzi utli għalihom;
3. Jirrapreżenta liż-żgħażagħ ħaddiema u studenti quddiem il-Gvern, il-partikular, l-Għaqdiet u Istituzzjonijiet lokali, nazzjonali u internazzjonali.

Kuntatti

6, Triq Pietru Floriani,
Floriana FRN 1060

00356 9950 3720

[email protected]

https://m.facebook.com/ZHNMalta/

Kunsill Nazzjonali

President

Xandru Cassar

Segretarju

Julian Micallef

Teżorier

Justin Chircop

Membri

David Farrugia

Reuben Theuma

Chaplain

Dun Joe Inguanez