Kummisjoni Edukazzjoni

  • Kummisjoni Edukazzjoni

    Il-Gvern ta' Malta, bil-Ftehim dwar l-Iskejjel tal-Knisja, ffirmat fit-28 ta' Novembru 1991 u ratifikat nhar it-18 ta' Frar 1993, qabel illi kull sena jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex. Din il-kontribuzzjoni titħallas lill-Kummissjoni għall-Edukazzjoni tal-Konferenza Episkopali ta' Malta.

    Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tal-Fundazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, imwaqqfa b'Kuntratt tat-18 ta' Frar 1993 miż-żewġ Djoċesijiet u minn għadd ta' Istituti Reliġjużi, l-aktar biex tamministra l-fondi mogħtija mill-Gvern u fondi oħrajn li ngħataw miż-żewġ Djoċesijiet u minn dawk l-Istituti Reliġjużi meta kien intlaħaq il-ftehim bejn is-Santa Sede u Malta dwar Propjetà Immobbli tal-Knisja. Il-Fondazzjoni għandha Kunsill għaliha. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Fundazzjoni huwa D-Delegat tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni tal-Konferenza Episkopali Maltija.

    Delegat tal-Arċisqof

    Dun Charles Mallia O. Carm.


    Indirizz

    16, Il-Mall,
    Il-Furjana FRN 1472

    Tel

    27790060

    Email

    charles.mallia@maltadiocese.org