Kummissjoni Kateketika

  • Kummissjoni Kateketika 

  • Il-Konferenza Episkopali Maltija fid-dawl tal-importanza ta’ l-evanġeliżżazzjoni ġdida li l-Knisja tistenna, u li titlob li jitwasslu b’forom ġodda, adatti għaż-żminijiet tal-lum, l-Evanġelju waħdieni ta’ Sidna Ġesù Kristu u t-tagħlim ġenwin tal-Knisja, ħasset illi f’Malta għandha titwaqqaf

    formalment Kummissjoni Kateketika fuq livell interdjoċesan, bi Statut approvat minnha. Dan l-iStatut ġie approvat fl-4 ta’ Diċembru, 2009 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.


    Il-Kummissjoni Kateketika Interdjoċesana għandha l-għan li:

    (i) tħejji sillabi u testi għal kategoriji differenti ta’ katekeżi, kif ukoll għat-tagħlim tar-Reliġjon Kattolika fl-iskejjel; 
    (ii) tagħti pariri lill-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-ħidma kateketika fil-livelli kollha;
    (iii) tħejji pjanijiet, komuni għall-Provinċja Ekkleżjastika ta’ Malta, ta’ formazzjoni u

    animazzjoni kateketika;
    (iv) timplementa d-direttivi u r-rakkomandazzjonijiet li jingħatawlha mill-Konferenza Episkopali Maltija; u żżomm kuntatti xierqa ma’ Kummissjonijiet Kateketici Nazzjonali u Barranin.

  • Lorem ipsum dolor sit amet,consectetur adipiscing elit. Nunc nec nisi nec dolor facilisis convallis. Maecenas faucibus luctus est et vulputate. Sed dictum dapibus eros, eget sodales libero ullamcorper vitae. Praesent quis cursus lacus, nec vulputate orci. Suspendisse sed enim varius, pharetra est a, egestas libero. Quisque at urna libero. Aenean mauris nisi, egestas nec varius porta, eleifend sed magna. Quisque at tempor sem.


  • Delegat tal-Arċisqof

    Fr Dr René Camilleri