Now You See Me

  • Now You See Me

  • ***

     
    Direttur:          Louis Leterrier
    Atturi:              Jesse Eisenberg, Mark Ruffalo, Woody Harrelson, Melanie Laurent, Isla Fisher, Dave Franco, Michael Caine u Morgan Freeman
    Ħin tal-film:    115 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A     
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          12A
     
    Erba’ buzullottisti, J. Daniel Atlas, Henley Reeves, Jack Wilder u Merritt  McKinney jingħaqdu flimkien permezz ta’ karti Tarot, mgħejjuna minn benefattur misterjuz. Sena wara li jsir din  l-almagamazzjoni, dawn il-buzullottisti jibdew jagħtu wirjiet ġewwa Las Vegas taħt l-isem ta’ ‘The Four Horsemen’, sponsorjati minn Arthur Tressler, bniedem għani u mportanti fil-kummerċ,  l-aktar fil-qasam tal-assigurazzjoni. Waqt il-wirja, membru mill-udjenza jiġi mistieden  biex jgħin fil-maġija li kienu sejrin iwettqu: dik li jisirqu Bank. Mid-dehra, dan ir-raġel Franċiż,  li kien kap ta’ Bank ġewwa Pariġi, jsib ruħhu fil-kamra tas-sigurta` ta’ Bank f’ Pariġi, u minn hemm, miljuni ta’ euros, b’maġija,  jiġu trasportati u neżlin bħax-xita fuq l-udjenza li kien hemm waqt il-wirja ġewwa Las Vegas. Wara dan il-fenominu, l-aġent tal-FBI, Dylan Rhodes jiġi msejjaħ biex jinvestiga din is-serqa, Mingħajr qatt ma talab, sab tgħinu Aġent mill-Interpol, Alma Dray. Waqt l-interrogazzjoni tal-erba’ buzullottisti: The Four Horsemen, Rhodes u Dray ma jsibu xejn li jikkriminhom u jixluhom li huma kienu ħatja direttamant tas-serqa. Sadanittant, Rhodes jiltaqa’ ma’ Theddeus Bradley, eks-buzollottista li juri lil Rhodes is-sigriet wara dik il-maġija. Bradley kien fl-udjenza u jiġbed il-konkluzzjoni li l-erba’ buzullottisti kienu serqu l-flus minn qabel u li b’mod jew ieħor ġagħlu l-udjenza temmen li dak li seħħ kien fil-verita` reali.  X’jiġri meta Rhodes, Dray u Bradly jattendu għall-wirja oħra ta’ ‘The Four Hosrsemen’ ġewwa New Orleans. Din id-darba, l-maġija kienet ta’ kif kienu sejrin jisirqu $140 miljun minn Bank ta’ Tressler u dawn l-istess flus jinżlu bħax-xita fuq l-udjenza preżenti. X’qiegħed jiġri? Il-kobba tkompli titħawwad hekk kif il-kumpanija Tressler nsiru nafu li kienet iffrodat lil ħafna nies li kienu nxurjaw flushom fil-kumpanija.

    Film interessanti  ħafna, bi storja tajba, iżda  daqsxejn ikkumplikata, għalkemm  għandu jogħġob lil dawk li jħobbu dan it-tip ta’ films mimlija suspens.