• The Conjuring

  • ***

     
    Direttur:          James Wan
    Atturi:              Patrick Wilson, Vera Farmiga, Ron Livingston, Lili Taylor, Stanley Caswell, Hayly McFarland, Joey King, Mackensie  Foy u Kyla Deaver
    Ħin tal-film:    112 min.

     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          18
     
    Fl-1971, Carolyn u Roger Perron, flimkien mal-familja taghhom ta’ hames ibniet, Andrea, Nancy, Christine, Cindy u April ġarru għal gewwa dar tar-razzett,  zgandata u  f’nofs il-kampanja. Fl-ewwel jum kollox mar tajjeb għalkemm il-kelb irrifjuta li jidħol ġewwa. Fil-għaxija, waħda mit-tfal tiskopri bieb għal ġewwa kantina. Matul il-lejl Carolyn xejn ma għoġbita li l-kelb  kien baqa’ barra u li kien qiegħed jinbaħ.  Matul il-lejl ukoll iż-żewġ ibniet ħassew lil xi ħadd jiġbdilhom riġlejhom. L-għada fil-għodu Carolyn tiskopri tbenġila misterjuża u l-kelb mejjet fil-ġnien.  Matul il-jiem ta’ wara bdew jseħħu attivitajiet paranormali. Meta Roger kellu jmur Florida għal xogħol,  lejl minnhom Carolyn issib ruħha msakkra ġewwa l-kantina,  waqt li t-tifla Andrea tiġi attakkata minn spirtu ta’ mara mdaħħla fiż-żmien. Carolyn tħoss il-bżonn li titlob l-għajnuna ta’ Ed u Lorraine Warren, koppja magħrufa sew  bħala investigaturi ta’ attivitajiet paranormali. Ed u Loriane  jiddeċiedu wara investigazzjoni li saret,  li kien hemm il-bżonn li fid-dar isir eżorċiżmu. Iżda din iċ-ċerimonja ma setgħetx issir jekk  ma jkunx hemm iktar investigazzjoni u l-permess mill-Knisja Kattolika. Fir-riċerka li Ed u Lorraine għamlu, sabu li d-dar kienet darba proprjeta` ta’ Bathsheba li raġel tagħha kien qabada tissagrifika t-tifel tagħha ta’ ġimgha u wara tikkommetti suwiċidju. L-attivitatajiet paranormali jkomplu jiżdiedu u għalhekk kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa urġenti.  Ed u Lorraine, kontra qalbhom jieħdu l-każ f’idejhom u jwettqu l-eżorċizmu fuq Carolyn li issa ġiet possessata għal kollox minn demonju. X’jiġri minn hawn?

    Film msejjes fuq storja vera, maħdum tajjeb hafna u li jżommok fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Minħabba xeni ta’ biza`, kif ukoll l-istorja fiha nfisha, bit-tagħlim tal-Knisja Kattolika fuq is-suġġett mgħawweġ , jkun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.