• The Heat

  • ***

    Direttur:        Paul Feig
    Atturi:            Sandra Bullock, Melissa McCarthy, Demian Bichir
    Ħin:                117 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Sarah Ashburn hija aġent tal-FBI kapaċi ħafna, li qedha tirsisti biex tieħu promozzjoni; hija pulizzija serja u ta’ l-affari tagħha, iżda li ssibha diffiċli li titħallat soċjalment. Hija tiġi mqabbda taqbad baruni tad-droga f’Boston u għalhekk ikollha tħabbat wiċċha ma’ pulizzija tal-lokal, Shannon Mullins, li tkun fuq dan il-kaz. Shannon hija l-oppost ta’ Sarah: ma’ tħabbilx rasha dwar ir-regoli, titkellem ħażin, u tissoċjaliżża bl-akbar faċilita’. Xejn ma tieħu gost li se jkollha taħdem ma’ Sarah fuq dan il-kaz, iżda dawn iż-żewġ karattri inkompattibbli jkollhom jaħdmu flimkien. Għall-ewwel sikwit ikollhom x’jgħidu bejniethom iżda huma kapaċi jeħduha kontra sħabhom il-pulizzija u l-kapijiet tagħhom li kollha huma irġiel. U bil-mod il-mod isiru ħbieb.
     
    Film kummiedja, b’waqtiet tassew komiċi u tad-daħq. Sandra Bullock taħdem parti tajba ħafna bħala karattru li hu differenti minn natural tagħha, filwaqt li Melissa McCarthy hija aktar fl-element naturali tagħha. Il-film fih xi xeni imbarazzanti  u ħafna kliem doppju sens u ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.