• RED 2                  

  •  ****

    Direttur:          Dean Parisot

    Atturi:              Bruce Willis, John Malkovich, Mary-Louise Parker, Catherine Zeta-Jones, Byung-hun Lee, Anthony Hopkins u Helen Mirren

    Ħin tal-film:    116 min.

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:                12A

    KLASSIFIKA  TAL-KNISJA:                      15

    Frank Moses qiegħed jagħmel ħiltu biex jgħix ħajja normali mat-tfajla tiegħu Sarah Ross. Iżda jum wieħed, ħabib antik tiegħu, Marvin Boggs jinfurmah li hemm nies li qegħdin isseggwu l-passi tagħhom. Frank ma jemminx li dan kien minnu sakemm jara b’għajnejh il-karozza li kien fiha Marvin tisplodi, suppost b’Marvin ġewwa fiha. Sarah tipperswadi lil Frank biex jattendi għall-funeral tiegħu u għalkemm Frank ma kienx jemmen li fil-fatt Marvin kien mejjet, imur għall-funeral. Wara l-funeral Frank jiġi arrestat u interrogat fil-Yankee White Facility. Waqt l-interoggazzjoni jidħol Jack Horton, u wara li joqtol ħafna mill-personal  tal-faċilita`, jgħid lil Frank li jekk ma jistqarrx kollox, Sarah kienet sejra tbati l-konsegwenzi. Frank, iżda, jirnexxielu  jaħrab bl-għajunua ta’ Marvin  li wara kollox ma kienx miet imma ppretenda li kien mejjet.  Marvin u Frank kienu tnejn minn nies li kienu fil-lista ta’ operazzjoni sigrieta mlaqqam Nightshade, operazzjoni li kienet twettqet fiż-żmien il-Gwerra Bierda. F’‘din l-operazzjoni kien maħsub li mill-Amerika toħrog bomba nukleari, żarmata biċċa biċċa  għal ġewwa r-Russja.  Horton jirnexxielu jipperswadi  lil kulħadd li Frank u sħabu kienu terroristi. Victoria wkoll tinforma lil Frank u lil Marvin li hija kienet ġiet imqabbda minn M16 biex toqtol lil Frank. Sadanittant Han Cho-Bai ukoll ġie mikri minn Horton biex  jeħles b’xi mod jew ieħor minn Frank. Han Cho-Bai kien kien jinkera għal dan it-tip ta’ xogħol.  Frank, Marvin u Sarah imorru Pariġi fejn hemm kienu jittamaw li jsibu raġel mlaqqam “The Frog”. X’jiġri minn hawn. Min kien “The Frog”?  Bl-Amerikani u Han jiġru warajhom, x’jiġri hekk kif huma jiltaqgħu ma’ agent Russa Katya li hi wkoll kienet wara l-misteru ta’ Nightshade. Min kien, wara kollox, wara  din l-operazzjoni Nightshade?

    Film interessanti u mahdum tajjeb ħafna, bi storja tajba u li għandu jogħġob lil dawk li jħobbu dan it-tip ta’ films mimlija tensjoni. Minħabba vjolenza l-aktar qtil kiesaħ u biered, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax  –il sena.