• GROWN UPS 2

  • **

    Direttur:          Dennis Dugan

    Atturi:              Adam Sandler, Kevin James, Chris Rock, David Spade, Salma Hayek, Maya Rudolph, Maria Bello u Nick Swardson

    Ħin tal-film:    101 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           15

    Lenny Fedder, tliet snin wara l-ġrajjiet  li assistejna għalihom fil-film: Grown Ups,  li ħareġ għall-wiri fis-sena 2010, jerga’ lura lejn Connecticut mal-mara tiegħu Roxanne u t-tliet itfal tiegħu, Greg, Keithie u Becky. Lenny jkompli fejn ħalla tliet snin ilu fil-ġrajjiet ma’shabu tal-klassi ta’ tant snin ilu: Eric, Kurt u Marcus. Marcus qiegħed iħabbat wiċċu mat- tifel tiegħu Brendan, li twieled barra ż-żwieg u li jidher biċ-ċar li dan it-tifel hu letarġiku u għażżien għall-aħħar. Eric minnaħa tiegħu jidher ukoll li għandu rabta speċjali ma’ ommu waqt li Kurt qiegħed jara kif isib l-għaliex  martu Deane  nsiet l-anniversarju taż-żwieg tagħhom. Lenny minnaħa tiegħu qiegħed  jipprova jsolvi l-argumenti li hu kellu ma’ Tommy li kien jibuljah meta kien tifel fl-iskola. L-erba’  li huma barra dawn il-problemi jkollhom jiġu wiċċ imbwiċċ  flimkien, ma’ grupp ta’ żgħażagħ li jidħer li issa ħadulhom posthom fejn dari kienu jmorru jgħumu. Interessanti hu l-fatt li l-erba’ li huma jibdew jintebħu li t-tfal tagħhom kienu qegħdin jikbru huma wkoll kif issa fil-fatt kienu kibru huma stess.

    Film bla storja, mimli ċajt goff u kliem doppju sens, barra l-mossi baxxi li nassistu għalihom matul il-film. Film li ftit li xejn jeduka b’mod pożittiv lil dawk li jħobbu dan it-tip ta’ films li f’xi xeni jaqa’ veru fil-baxx.  Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.