• RTK 103FM

  • Tul is-snin, l-RTK stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-istazzjonijiet l-aktar segwiti f'Malta, speċjalment fil-qasam tal-aħbarijiet u l-programmi ta' diskussjoni. Illum, il-kamra tal-aħbarijiet tkun il-punt fokali tal-attività għal aktar minn 12-il siegħa kuljum, tittrażmetti tagħrif u aħbarijiet kull siegħa, skont il-linji gwida maħsuba tal-Maniġer tal-Aħbarijiet attwali, il-ġurnalist veteran Leonard Callus.

    Servej wara l-ieħor ikkonfermaw l-RTK bħala t-tieni l-aktar stazzjon popolari f’Malta u jfaħħru l-kamra tal-aħbarijiet fuq kemm it-tagħrif tagħha huwa affidabbli. Is-suċċess tal-RTK kien, mingħajr dubju, parzjalment dovut għall-istamina u l-impenn taċ-Ċerpersins passati tal-RTK, speċjalment 
    Dun Joe BorgManni SpiteriDun Nicholas CachiaVictor Formosa u Franco Azzopardi li ġabu magħhom esperjenza kbira u, permezz tal-għarfien u l-professjonaliżmu tagħhom, taw kontribut b’diversi modi biex l-istazzjoni itejjeb il-pożizzjoni tiegħu fl-ispettru wiesa' tax-xandir f'Malta.

    Illum, ir-radju RTK huwa isem magħruf ħafna. Tul is-snin żamm il-pożizzjoni tiegħu fost is-semmiegħa nisa u għandu t-tielet l-akbar udjenza fost l-irġiel.

    L-iskeda tal-programmi hija maħsuba biex togħġob gosti u etajiet differenti. Ir-radju RTK dejjem jistinka biex jaqdi l-missjoni dikjarata tiegħu, li hija li jipprovdi servizz olistiku lis-semmiegħa minn perspettiva Nisranija. Ifittex li jaqdi l-komunità u, forsi aktar preċiżament, id-Dinja kollha. Forsi huwa dan li jagħmel l-RTK differenti minn stazzjonijiet oħrajn f’Malta.


    Website

    www.rtk.org.mt 


    Facebook Page

    RTK 103FM