Malta Mass app

  • L-app 'Malta Mass' tagħmilha faċli għall-pubbliku biex isib il-ħinijiet tal-Quddies fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa u fil-Ħdud u l-festi, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-app tipprovdi l-faċilità li persuna tfittex Quddiesa fl-eqreb knisja jew f’lokalità u f’ħin skont il-preferenza tagħha, u informazzjoni dwar il-lingwa li biha ser tiġi ċċelebrata l-Quddiesa. Il-verżjoni l-ġdida tal-app tinkludi wkoll il-post u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-kappelli tal-adorazzjoni, l-Evanġelu tal-jum u riflessjoni dwar l-Evanġelu, kif ukoll aħbarijiet li jittellgħu fuq is-sit uffiċjali tal-Knisja f’Malta www.thechurchinmalta.org.

    L-app tinkludi l-ħinijiet ta’ aktar minn 4,600 Quddiesa fil-ġimgħa, fi 360 knisja jew kappella fejn isir Quddies b’mod regolari, f’70 parroċċa f’Malta u 14-il parroċċa f’Għawdex. Tinkludi wkoll l-informazzjoni ta’ 57 kappella tal-adorazzjoni li hawn f’Malta. 

    L-app tnediet għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali fl-2012, u sal-lum aktar minn 13,530 persuna niżżluha fuq il-mowbajl tagħhom. L-app Malta Mass hija disponibbli b’xejn mill-App Store u mill-Play Store.