• Stuck in Love

  • ****

    Direttur:          Josh Boone

    Atturi:              Jennifer Connelly, Graig Kinnear, Lily Collins, Logan Lerman, Kristen Bell, Liana Liberato u Nat Wolff

    Ħin tal-film:    97 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    In-novelist Bill Borgens, f’dawn l-aħħar tliet snin qiegħed jiġi wiċċ imbwiċċ mal-fatt li martu Erica ħallietu għal raġel ieħor. Dan kellu effet kbir fuqu tant li minflok ta għall-kitba ta’ xi novella ġdida,  kien ossessat li jara x’qegħda tagħmel l-eks mara tiegħu mal-maħbub ġdid  tagħha. Kien jirsisti fil-Jum ta’ ta’ Radd il-Hajr, biex għall-ikla jitħejja dejjem post għal Erica għalkemm  din qatt ma ġiet. Għal din is-sena li fih kienu qegħdin jiċċelebraw Jum ir-Radd il-Hajr, it-tifla Sam tirritorna mill-Universita`  u  tħabbar li l-ewwel novella tagħha ġiet aċċettata għall-pubblikazzjoni. Bill jieħu pjaċir ħafna għaliex minn dejjem xtaq li t-tfal tiegħu jieħdu s-sengħa tiegħu tal-kitba. Meta Bill jissuġġerixxi lil Sarah biex tinforma lil ommha tal-aħbar-it-tajba,  Sarah tirrifjuta bil-qawwa u tgħid bil-miftuħ li ma tridx ikollha x’taqsam aktar m’ommha minħabba l-fatt li hi kienet qarrqet b’missierha. It-tluq mid-dar ta’ Erica mid-dar kellha effett kbir fuq Sarah. B’riżultat ta’ dan Sarah bniet ħajt bejnha u l-imħabba. Kienet toqgħod attenta li ma tikkommettix ruħha ma ħadd.  Meta s-sieħeb tagħha tal-klassi Lou jipprova jwaqqaf relazzjoni bejniethom, Sarah xejn ma tikkumplementah għalkemm f’qalbha bdiet tħoss li Lou għandu xi ħaġa x’joffrilha. Meta Sam jieqaf jattendi għas-seminar li flimkien kienu jattendu, Sarah tara x’gara u ssib li Lou kien qiegħed  imur l-isptar jara lil ommu li kienet marida serjament b’kanċer. Sadanittant Rusty kien l-oppost ta’ oħtu Sarah, romantiku, miftuħ għall-ħajja u mimli tama għall- futur.  Meta Kate, tfajla sbejħa tibda turi interess fih, Rusty jiddedika poeżija f’gieħha. Rusty disgrazzjatament kienet qegħda tħabbat wiċċha ma’ ħafna problemi tant li anke kienet tieħu d-droga. X’jiġri meta Erica tattendi għaċ-ċerimonja meta Sam kienet sejra tniedi l-ewwel ktieb tagħha? X’effett ikollha fuq il-familja Borgens, meta Kate  minħabba l-problemi li kellha tkompli tinżel iktar l-isfel fit-taħwid?

    Film bi storja tajba u reali għaż-żmien tallum fejn jurina x’effett negativ ikollu fuq it-tfal meta iż-żwieġ tal-ġenituri tagħhom ifalli. Minħabba l-istorja fiha nfisha,l-użu tad-droga u x-xorb, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu il-ħmistax –il sena.