• Kick – Ass 2

  • ***

    Direttur:          Jeff  Wedlow

    Atturi:              Aaron Taylor-Johnson, Christopher Mintz-Plasse, Chloe Grace Moretz, Jim Carey, Clark Duke, Olga Kurkulina, Lindy Booth u Morris Chestnut

    Ħin tal-film:    103 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           18       

    Dave Lizewski  jispira ruħhu  minn ċitadini ordinarji biex isir wieħed  mis-“Super Heroes”. Dave jitlob lil Mindy Macready biex tħarrġu biex isir tassew eroj ta’ vera. Il-maħbuba tiegħu, Katie Deauxma tibda  tinnota l-imġieba stramba tiegħu u tibda tissuspetta li qiegħed jaqlibilha ma’ Mindy. Katie tiddeċiedi li tkisser ir-relazzjoni tagħha minn miegħu. Mindy minnaħa tagħha tinqabad minn Marcus,  li kien jieħu ħsiebha, li kienet qegħda tiġġieled il-kriminalita`. Hu jwissija  li  għada żgħira fl-eta`.  Mindy twegħdu li sejra tipprova tgħix ħajja normali. Kick–Ass biex ma jaħdimx waħdu, jidħol jagħmel parti minn tim li ssejjħu lilhom infushom “Justice Forever”, tim immexxi minn Kurunel Stars and  Stripes li jinkludi fih lil Marty, il-ħabib ta’ Dave, Dr. Gravity, Insect Man, Night-Bitch u l-ġenituri ta’ tifel li kien ilu nieqes dawn l-aħħar snin. Sadanittant, Chris D’Amico jinsab imħawwad ħafna. Ommu xejn ma deħret imdejjqa għall-mewt tar-raġel tagħha. Aċċidentalment, Chris joqtol lill-ommu. Dan l-inċident ikollu trawma kbira fuqu . Hekk kif kien jaħseb li hu kien, Red Mist inkarnat, issa jinbidel għalkollox  u jsir villan b’isem gdid.  Jaħlef wkoll li jivvendika ruħhu minn Kick-Ass. It-tim ‘Justice Forever’ jilħaq l-għan tiegħu billi  jgħin l-aktar nies foqra fil-komunita` u jibda jagħmel  ronda mat-toroq biex jevita  atti kriminali.  Sadanittant Mindy qegħda tagħmel ħilitha biex tgħix ħajja normali. Marcus jgħina biex tintegra ma’ sħabha tal-klassi.

    Sfortunatament iżda, xejn ma tmur tajjeb ma’ Brooke u sħabha li jibdew jgħiru għaliha.

    X’jiġri meta Chris D’Amico jattakka bl-aħrax il-kwartieri ta’ “Justice Forever” u ġġib fix-xejn lil Kurunel Stars and  Stripes? Chris ma qieqafx hawn. L-għan tiegħu kien li jinvendikka ruħhu minn Kiss-Ass. Tgħid  jirnexxielu?  Sejjer jagħmel Kiss-Ass meta jsib ruħhu f’din il-qagħda mwegħra? Tgħid jitlob l-għajnuna ta’ Mindy?   

    Film kummiedja u mimli azzjoni u jsegwi il-film Kick-Ass li kien ħareġ fl-2010. Minħabba vjolenza eċċessiva, imġieba mhux dejjem korretta, kliem baxx u goff,  kif ukoll ċajt bla sens, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.