• We’re The Millers

  • ***

    Direttur:          Rawson Marshall Thurber

    Atturi:             Jennifer Aniston, Jason Sudeikis, Emma Roberts, Will Poulter, Ed Helms u Nick Offerman

    Ħin tal-film:    110 min.

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    David Clarke li kien jgħix fuq il-flus li jdaħħal mit-traffikar tad-droga marijuana, jsib ruħhu misruq minn kull ma kellu nkuż flus li kellu jati lill-fornatur tiegħu, Brad Gurdlinger, baruni kbir tad-droga li kien jgħix f’lussu kbir. Brad ġġiegħel lil David li jdaħħal b’kuntrabandu d-droga marijuana minn Messico biex b’hekk iħallas id-dejn li kellu miegħu. David jintebaħ li sejra tkun missjoni mpossibli li jagħmel dan u ma jinqabadx. Għalhekk jimpjega lil Rose li kienet taħdem bħala ‘stripper’, lil Casey, tfajla li kienet ħarbet mid-dar u lil Kenny, żagħżugħ ta’ tmintax –il sena, il-ġar tiegħu. L-idea kienet li dawn l-erba’ jippożaw bħala familja magħquda li kienet fuq żjara fil-Messico bħala turisti. L-isem ta’ din il-familja David jiddeċiedi li jtiha l-isem ta’ “Millers”. Għall-ewwel kollox mar sew iżda minħabba l-fatt li l-karavan RV li kera ġie mgħobbi ħafna bil-piż tad-droga, f’nofs triq lura lejn l-Amerika, RV jiżviluppa ħsara. B’xorti tajba, familja li kienu  ltaqqgħu magħha fil-fruntiera, il-Fitzgeralds, għenithom biex jieħdu RV għat-tiswija. Din il-familja Fitzgerald kienet tikkonsisti f’ Don, Edie u Melissa. B’xorti ħażina iżda,   David jsir jaf li Don kien aġent tad-DEA.  X’jiġri minn hawn l-aktar meta David u l-‘familja tiegħu’, flimkien mal-Fitzgeralds,  jmorru biex jiġbru RV mit-tiswija u hemm hekk isibu  lil Chacon u s-sieħeb tieghu One Eye, jistennewhom?  Kif sejjer David jirnexxielu joħroġ minn din il-bawxata?

    Film kummiedja iżda bil-valuri morali mgħawġa għall-aħħar, xi xeni fejn l-imġieba xejn m’ hi korretta, kliem baxx u goff,  kif ukoll l-użu ta’ droga u kif wieħed jista’ jagħmel il-flus minnha, jitlob li l-film jarawh il-kbar biss.