• White House Down

  • ****

    Direttur:        Roland Emmerich

    Atturi:            Channing Tatum, Jamie Fox, Maggie Gyllenhaal

    Ħin:                131 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    John Cale, ex-suldat, bħalissa huwa wieħed minn dawk li qed  jipproteġu lill-Ispeaker tal-House of Representatives, Eli Raphelson. Cale, iżda, jixtieq li jingħaqad mas-Secret Service biex ikun jista’ jaqdi lil President Amerikan, James Sawyer. Binthu ta’ 11 il-sena, Emily, hi fuq tagħha ħafna u tinteressa ruħha fuq ħafna affarijiet, fosthom il-politika amerikana, u għandha blog tagħha stess. Cale jagħmel appuntament ma’ l-Aġent tas-Secret Service fil-White House, Carol Finnerty, li tgħidlu li ma jistgħax jissieħeb mas-Secret Service għax ma jikkwolifikax. Hu jieħu lil binthu miegħu u flimkien jagħmlu l-ġita tal-White House. Sadanittant grupp ta’ terroristi jattakkaw kemm il-Capitol u kemm il-White House. L-ewwel jesplodu l-koppla tal-Capitol u mbagħad  għadd ta’ terroristi jibdew jiġru fil-kurriduri tal-White House joqtlu u jfarrku kull ma jsibu. Il-kap tas-sigurta’ jaqbad lil President u jniżżlu fil-bunker li hemm taħt l-art. Dan il-ħtif tal-White House kien pjan maħdum mill-kap tas-sigurta’ stess, Martin Walker li jrid iżomm lil President ostaġġ biex jakkwista somma kbira ta’ flus. Meta jinduna x’qed jiġri Cale jidħol fl-azzjoni u jiżgiġġa biex ma jitteħidx ostaġġ. Sadanittant binthu Emily  tuża l-mobile phone tagħha biex tapploadja video ta’ x’ikun qed jiġri għal fuq l-internet. Cale jibda jiġġieled kontra t-terrorosti u jispiċċa biex ikun l-uniku wieħed li jipproteġi l-President.

    Film ta’ azzjoni u thriller, b’pass mgħaġġel, b’xi ftit sentimentaliżmu, u fih ukoll sens ta’ umoriżmu. Huwa film twil, izda maħdum tajjeb u b’reċtar tajjeb speċjalment minn Channing Tatumt. Fih ħafna vjolenza u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.