• The Frozen Ground

  • **

    Direttur:        Scott Walker

    Atturi:            Nicolas Cage, John Cusack, Vanessa Hudgens, Curtis Jackson

    Ħin:                105 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Fl-1983 f’Anchorage, l-Alaska, prostituta ta’ 17 il-sena, Cindy Paulson, tinħataf minn manijaku sesswali li jistuprha u kważi joqtolha iżda hi jirnexxilha tiskappalu u tmur tfittex l-għajnuna tal-pulizzija. Il-pulizzija ma’ jemmnuhiex meta tirrakkontalhom li sfat maħtufha u stuprata, u inqas w inqas jemmnuha meta tidentifika lil Robert Hansen bħala dak li ħatafha, għax Hansen hu raġel tal-familja u jidher li għandu alibi sod. Iżda mbagħad State Trooper Jack Halcombe jiskopri li hemm elementi simili bejn il-każ ta’ Cindy u ta’ diversi nisa oħrajn li sparixxew. Hu jibda jinvestiga dan il-każ;  jinterroga lil Cindy u anke joffrilha d-dar mal-familja tiegħu biex tkun f’post sigur, bil-għan li jkollu provi ċerti fuqhiex ikun jista’ jakkuża lil Hansen b’dan id-delitt.

    Il-film hu thriller ibbażat fuq ġrajja dwar serial killer li seħħet tassew.  Kemm id-direzzjoni u u kemm l-iscript huma fjakki, u t-tnikkir tal-kapijiet tal-pulizzija biex jieħdu azzjoni tiffrustrak. Id-direttur, waqt li jisħaq kontra t-teħid tad-droga, jixxala f’xeni ta’ strip clubs. Minħabba t-temi adulti tal-film kif  ukoll xeni ta’ vjolenza, teħid ta’ droga, u nudita’, kif ukoll kliem ħażin, dan il-film jgħodd għal udjenza adulta.