• Romeo and Juliet

  • ***

    Direttur:          Carlo Carlei

    Atturi:             Hailee Steinfeld, Douglas Booth, Damian Lewis. Kodi Smit-McPhee, Ed Westwick, Paul Giamatti, Stellan Skarsgard u Christian Cooke

    Ħin tal-film:    118 min          

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12A

    Id-dramm jeħodna ġewwa  Verona, belt maqsuma bejn il-familji influwenti ta’ Montague u Capulet. Il-Prinċep ta’ Verona xejn ma kien kuntent b’din il-qagħda. Wara ġlieda fil-miftuħ bejn iż-żewġ familji, iddikjara li min jaqla’ l-inkwiet kien sejjer jispiċċa ħażin.  Il-Konti Paris jitlob lil Capulet biex jiżżewweġ lit-tifla tiegħu Juliet. Waqt ballu li Capulet jorganizza, il-Konti Capulet jiġi mistieden iżda wkoll għal dan il-ballu jkun hemm Romeo, iben Montague, li kien xtaq ħafna li jiltaqa’ ma’ Rosaline, n-neputija ta’ Capulet. Għalhekk stieden ruħhu b’idejħ. Ikun hawn li Romeo jitfa’ għajnejh fuq Juliet li hi minnaħa tagħha wkoll tinġibed lejh. Minn hawn tibda relazzjoni ta’ mħabba li twassal għal ħafna nkwiet. Il-mibegħda bejn il-familji Capulet u Montague kienet wisq fil-fond u ftit li xejn kien hemm ċans li qatt xi darba Romeo u Juliet ikunu ta’ xulxin. Iżda Fra Laurence kien jittama li jekk Romeo u Juliet jingħaqdu flimkien fiż-żwieġ,  jista’ jgħati l-każ li dan iż-żwieġ iġib għaqda bejn il-familji! Kienet xewqa bla temma. X’jiġri wara li Romeo u Juliet jiżżewwġu bil-ħabi u jsiru ta’ xulxin. Sadanittant Tybalt,  il-kuġin ta’ Juliet, isir jaf li Romeo kien preżenti għall-ballu u jisfida lil Romeo għal dwell. Romeo, ma xtaqx jaċċetta issa li Tybalt  kien jiġi minnu permeżż taż-żwieġ. Iżda Tybalt ma riedx jaf u jfieri għall-mewt lil Mercutio. Romeo jagħmel ħiltu biex jofroq lit-tnejn iżda ma jirnexxielhux b’riżultat li Romeo joqtol lil Tybalt. Il-konsegwenzi għal Romeo kienu kbar… Il-Prinċep ta’ Verona jeżiljah għal Mantua  X’jiġri minn  hawn? 

    Id-dramm ta’ William Shakespeare għal darb’oħra qiegħed jiġi ppreżentat għal fuq il-liżar taċ-ċinema din id-darba b’kitba ta’ Julian Fellowes. Film maħdum b’sengħa kbira u li għandu jogħġob lil dawk li jħobbu dan it-tip ta’ films drammattiċi. Minħabba l-istorja fiha nfisha, vjolenza u suwiċidju jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.