• Turbo

  • ****

    Direttur:          David Soren

    Ilħna:               Ryan Reynolds, Paul Giamatti, Michael Pena, Snoop Dogg, Maya Rudolph, Michelle Rodriguez  u Samuel L. Jackson

    Ħin tal-film:    96 min.

    Film maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAC-CENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Theo jew aħjar kif kien magħruf: Turbo, bebbuxu, kien jgħix fi ġnien ġewwa Venice, California, dejjem joħlom li xi darba jien sejjer ikun wieħed mill-ikbar sewwieqa tal-karozzi veloċi fid-dinja. Kellu ammirazzjoni kbira lejn is-sewwieq Guy Gagne`, rebbieħ ta’ ħames kampjonati ġewwa Indianapolis. Din l-ossessjoni kienet tagħmlu stramb fost sħabu li kienu jimxu bil-mod ħafna, ta’ bebbux li kienu. Din is-sitwazzjoni poġġiet lil ħuh Chet f’qaghda ta’ imbarazzament. Turbo kien dejjem xtaq  li jasal dak il-jum li jħalli dik il-ħajja monotona u kwieta. Iżda x’setgħa jagħmel. Darba waħda Turbo għal dasxejn ma tilifx ħajtu meta pprova jirkupra tadama kbira. Li ma kienx għal ħuħ Chet, kien jispiċċa mgħaffeġ taħtha. Wara dan l- iniċident, Turbo jitlaq lejn  l-awtostrada biex jammira t-traffiku li jkun għaddej bl-veloċita` kbira. Ikun hawn li Turbo jkollu inċident stramb meta mingħajr ma xtaq, jiġi miġbud ġewwa l-kompressur ta’ karozza qawwija tal-ġiri. Riżultat ta’ dan l-inċident, id-DNA ta’ Turbo ġie ffjusjat b’ossidu nitruż. L-għada filgħodu, wara li Turbo jqum stordut mill-inċident serju li kellu,  jsib li issa hu kien ġie investit b’qawwa ta’ veloċita` tal-ġenn. B’għajnejħ jixegħlu bħal dawk ta’ karozza, il-qoxra fuq daru  titfi u tixgħel bħad-dawl ta’ wara ta’ karozza, waqt ukoll li joħrog ħoss ta’ dak ta’ karozza kif ukoll ta’ radju. Din il-bidla f’Turbo kif sejra tbiddilu ħajtu issa li sab li jista’ jiġri u jtellaq kemm irid. Tgħid jidħol għal kompettizzjoni ta’ tigrijiet ta’ karozzi veloċi ġewwa Indianapolis? Izda dan ma jseħħx qabel ma Turbo jgħaddi minn avventuri interessanti sakemm fl-aħħar isib ruħu jagħmel ħbieb ma’ sewwieq ta’ truck li jkun dilettant sew tat-tiġrijiet ta’ karozzi veloċi.

    Film ħelu ħafna bi 3D. Żgur għandu jogħġob kemm lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Minħabba li xi xeni jistgħu jbeżżgħu lit-tfal żgħar, ikun tajjeb li dawn ikunu akkompanjati minn xi adult.