• Escape Plan

  • ***

    Direttur:        Mikael Hafstrom

    Atturi:            Sylvester Stallone, Arnold Schwarzenegger, Jim Caviezel

    Ħin:                116 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Breslin huwa espert tas-sigurta’; huwa jaċċetta li jiġi maqful f’ħabs ta’ sigurta’ massima biex isib id-djufija tas-sistema tas-sigurta’. Hemm ġew ma’ tantx iħabbel rasu mill-brutalita’ fiżika u l-ħeġġa għal-kontroll li jużaw il-gwardjani għax iserraħ rasu fuq l-għajnuna li jagħtuh tnejn minn sħabu, filwaqt li sieħbu ieħor jeħodlu ħsieb il-lat finanzjarju. Wara xi żmien is-CIA iqabbduh jiċċekkja ħabs ġdid, imsejjah ‘Il-Qabar’,  li fetħu għat-terroristi iżda wara li jaqfluh hemm ġew jinduna li sħabu daħqu. Hemm ġew jiltaqa’ ma’ Rottmayer li jkun ġie akkużat intortament: huwa priġunier politiku li jkun qed jaħbi l-identita’ ta’ Robin Hood modern. Il-kap tal-ħabs krudil Hobbes irid ikun jaf fejn hu dan ir-Robin Hood u jagħmel pjan biex iġiegħel lil Rottmayer jgħidlu. Iżda Breslin, flimkien ma’ Rottmayer u Javed, jeħduha kontra Hobbes.

    Film thriller li jġib flimkien l-istilel tal-muskoli tas-snin ’80, Stallone u Schwarzenegger, li għalkemm ilhom li għaddew l-aqwa tagħhom għadhom joffru spettaklu. Il-film fih ħafna vjolenza u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.