• Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2014

  • Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2014 ġew ippublikati fuq il-website tal-Knisja f’Malta, fil-paġna http://www.maltadiocese.org/posts/category/church-schools

    B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,733 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn. Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma imniżżla fir-Regolamenti. Dawk li ser japplikaw bħala ‘każijiet umanitarji gravi’ għandhom isegwu l-istruzzjonijiet imniżżla fir-Regolamenti tal-każijiet umanitarji gravi.

    Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.  Għal din is-sena biss ser isir ukoll dħul ta’ subien fit-tielet sena u s-sitt sena primarja.

    In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika 2014-2015 huwa kif ġej:

    Sena

    Postijiet Vakanti

    Subien

    Postijiet Vakanti

    Bniet

    L-ewwel sena kindergarten

    98

    115

    It-tieni sena kindergarten

    107

    280

    L-ewwel sena primarja

    439

    249

    It-tielet sena primarja

    75

    Is-sitt sena primarja

    75

    L-ewwel sena sekondarja

    259

    36

    TOTAL

    1053

    680

    Mit-total ta’ 1,733, xi postijiet ser jingħataw lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet umanitarji gravi li għalihom hemm regolamenti speċifiċi.  Il-każijiet umanitarji gravi jagħmlu applikazzjoni aktar dettaljata u jsegwu proċess paralleli għall-applikazzjonijiet l-oħra. L-applikazzjonijiet għall-każijiet umanitarji gravi ser jibdew f’Novembru u jkomplu f’Jannar. Aktar dettalji tar-regolamenti tal-każijiet umanitarji gravi jinsabu fuq il-websajt tal-Kurja.

    Proċeduri dwar il-ksur ta’ dawn ir-Regolamenti qed jiġu ppublikati fuq www.maltadiocese.org.  Ksur ta’ dawn ir-Regolamenti jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-iskola tat-tfal involuti.

    L-applikazzjonijiet skont l-ewwel kriterju, tfal minn djar tal-Knisja, aħwa, impjegati, transfers, u skola bla kontinwità ser isiru fil-25, 26 u 27 ta’ Novembru f’St Elias Santa Venera, St Joseph Paola, St Michael’s Santa Venera u s-Seminarju r-Rabat.

    Fir-rigward ta’ każijiet umanitarji gravi ta’ tfal minn djar tal-Knisja, aħwa, impjegati, transfers, u skola bla kontinwità, wieħed għandu jċempel għal appuntament fit-18, 19, u 20 ta’ Novembru lis-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija fuq 27 790077.

    Fir-rigward ta’ każijiet umanitarji gravi ta’ applikanti oħra, wieħed għandu jċempel lis-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija fuq 27 790077 fis-27, 28, 29 u 30 ta’ Jannar.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten ser isiru fis-17, 18 u 24 ta’ Frar fis-Seminarju r-Rabat, St Angela Msida u Żabbar, St Francis Msida, u Theresa Nuzzo Żejtun.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fit-tieni sena kindergarten ser isiru fit-3, 4 u 11 ta’ Frar f’St Angela Msida u Żabbar, St Francis Msida, St Joseph Blata l-Bajda, u St Aloysius College Primary Balzan.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fl-ewwel sena primarja ser isiru fis-27, 28 ta’ Jannar u t-Tnejn 3 ta’ Frar fid-De La Salle College il-Birgu, is-Seminarju r-Rabat, il-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat, St Albert Valletta, u St Aloysius College B’Kara.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fit-tielet sena primarja ser isiru fis-27, 28 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar f’St Augustine College Pieta`.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fis-sitt sena primarja ser isiru fl-20, 21 u 27 ta’ Jannar f’St Augustine College Pieta`.

    L-applikazzjonijiet skont it-tielet kriterju applikanti oħra, għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja ser isiru fl-20, 21 u 27 ta’ Jannar fid-De la Salle College il-Birgu, il-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat, St Albert Valletta, St Elias Santa Venera, u St Michael Santa Venera.

    Aktar dettalji jinkisbu mir-Regolamenti li jinsabu fuq il-websajt tal-Kurja fil-paġna: http://www.maltadiocese.org/posts/detail/church-schools

    L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li jmiss ser isiru kif ġej:

     Applikazzjonijiet

    Skont il-Kriterju

    Data

    Post

    Tfal minn Djar tal-Knisja,

    Aħwa, Impjegati, Transfers, Skola bla Kontinwità

    25, 26 u 27 ta’ Novembru

    Is-Seminarju Rabat

    St Elias Santa Venera

    St Joseph Paola

    St Michael’s Santa Venera

    Każijiet Umanitarji Gravi:

    Tfal minn Djar tal-Knisja,

    Aħwa, Impjegati, Transfers,

    Skola bla Kontinwità

    Iċemplu għal appuntament fit-

    18, 19 u 20 ta’ Novembru

    Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija – 277 900 77

    Każijiet Umanitarji Gravi:

    Applikanti Oħra

    Iċemplu għal appuntament fis-

    27, 28, 29 u 30 ta’ Jannar

    Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija – 277 900 77

    Applikanti Oħra

    Kinder 1

    Twieldu fis-sena 2011

    17, 18 u 24 ta’ Frar

    Is-Seminarju Rabat

    St Angela, Msida u Żabbar

    St Francis Msida

    Theresa Nuzzo Żejtun

    Applikanti Oħra

    Kinder 2

    Twieldu fis-sena 2010

    3, 4 u 11 ta’ Frar

    St Angela, Msida u Żabbar

    St Francis Msida

    St Joseph Blata l-Bajda

    St Aloysius College Primary Balzan

    Applikanti Oħra

    Year 1

    Twieldu fis-sena 2009

    27 u 28 ta’ Jannar,

    u 3 ta’ Frar

    De La Salle Birgu

    Is-Seminarju Rabat

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl Rabat

    St Albert Valletta

    St Aloysius B’Kara

    Applikanti Oħra

    Year 3

    Twieldu fis-sena 2007

    27 u 28 ta’ Jannar,

    u 3 ta’ Frar

    St Augustine Pieta`

    Applikanti Oħra

    Year 6

    Twieldu fis-sena 2004

    20, 21 u 27 ta’ Jannar

    St Augustine Pieta`

    Applikanti Oħra

    Form 1

    Twieldu fis-sena 2003

    20, 21 u 27 ta’ Jannar

    De la Salle College Birgu

    Kulleġġ Missjunarju San Pawl Rabat

    St Albert Valletta

    St Elias Santa Venera

    St Michael’s Santa Venera

    Aktar dettalji jinkisbu mir-Regolamenti li jinsabu fuq il-websajt tal-Kurja fil-paġna: http://www.maltadiocese.org/posts/detail/church-schools