• The Counselor

  • **

    Direttur:          Ridley Scott

    Atturi:             Michael Fassbender, Penelope Cruz, Cameron Diaz, Javier Bardem, Brad Pitt, Rosie Perez u Richard Cabra

    Ħin tal-film:    117 min

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      AR

    Niltaqgħu għall-ewwel darba ma’ raġel, magħruf biss bħala ‘The Counsellor’,  flimkien mal-maħbuba tiegħu Laura f’kamra tas-sodda. Sadanittant, x’imkien ġewwa Messico, numru ta’ ħaddiema qegħdin jippakkjaw kokaina ġewwa bramel u moħbija ġewwa vettura għall-ġġarr tad-dranaġġ. Din il-vettura tiġi misjuqa lejn il-fruntiera mal-Amerika u pparkjata ġewwa depow fejn jittrataw id-drenaġġ. ‘The Counselor’ ġewwa Amsterdam jixtri ċurkett bi djamant biex waqt ikla f’ristorant ġewwa New York ikun jista’ jitlob id Laura li minnaħa tagħha taċċetta mill-ewwel. Iktar tard, ‘The Counsellor’  jattendi  għal riċeviment  ġewwa penthouse  tal-ħabib tiegħu Reiner, propretarju ta’ najtklab . Hawn niltaqgħu wkoll ma’ Malkina, il-maħbuba ta’ Reiner. F’diskussjoni  li Reiner ikollu ma’  ‘The Counselor’, dan jagħtih il-parir biex jagħmel ħiltu iktar biex jakkwista iktar milli qiegħed jakkwista fil-pożizzjoni li qiegħed fiha. ‘The Counsellor’ jidħer li jieħu dan il-parir u jiltaqa’ ma’ Westray, negozjant, fejn jgħidlu li hu interessat li jidħol fi ftehim ma’ xi hadd li għandu nteress fi droga iżda b’kundizzjoni li  din ir-rabta tagħmlu sinjur. Westray minnaħa tiegħu wwissi lil ‘The Counsellor’ biex joqgħod attent  għaliex dan it-tip ta’ fteħim hu perikoluż ħafna l-aktar ma’ dawk li jmexxu d-droga minn Messico.  Tgħid ‘The Counsellor’  jieħu dan il-parir jew mingħajr ma jkun irid, jidħol f’gażiba li tinvolvi mhux biss lilu iżda wkoll lil Laura u lil Westray?  X’isir minn ‘The Counselor’ meta l-barunijet tad-droga jibdew jissuspettaw li hu qiegħed ikun imdaħħal fit-tmexxija tad-droga li fil- fatt ma kienx il-każ?  X’jiġri minn hawn?

    Film b’messaġġ negativ  għall-aħħar fejn il-ħażen joħroġ rebbiegħ. Minħabba li l-film għandu xeni ta’ vjolenza qawwija, qtil, ċajt li jirridikola r-reliġjon Kattolika, xeni ta’ sess perverżi,  kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar maturi.