• Parkland

  • ***

    Direttur:        Peter Landsman
    Atturi:            Zac Efron, James Badge Dale, Paul Giamatti
    Ħin:                93 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12
    Klassifika tal-Knisja: 12
     
    Fit-22 ta’ Novembru 1963, hekk kif il-President Amerikan John F. Kennedy wasal Dallas, sparaw fuq il-karozza tiegħu. Kennedy ġie milqut b’mod fatali u jittieħed bil-ġirja qed imut fi ħdan martu Jacqueline lejn l-isptar Parkland. Malli jdaħħluh fl-emerġenza żewġ tobba jissieltu kontra l-ħin biex isalvawlu ħajtu. Sadanittant, aġent tal-FBI jibda’ jfittex raġel li seta’ kien il-qattiel; imur jintervista lil omm u ħu dan ir-raġel li iżda jirreaġixxu b’mod differenti għalli ġara. Fl-istess ħin, aġent tas-Servizz Sigriet jikseb kopja ta’ film ta’x’seħħ li ġibed, kollu mriegħed, wieħed raġel jismu Abraham Zapruder.
     
    Film ibbażat fuq il-ktieb ta’ Vincent Bugliosi: Reclaiming History: The Assassination of President John F. Kennedy, u li jirrakkonta il-qtil ta’ Kennedy minn angoli li ma’ ġewx ittratti qabel. Film maħdum tajjeb iżda li ma jiffoka fuq xejn u ma jiżviluppa l-ebda karattru. Fih xeni ta’ dmija u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza minn 12 il-sena ‘l fuq.