• Insidious: Chapter 2

  • ***

    Direttur:               James Wan
    Atturi:                   Patrick Wilson, Rose Byrne, Lin Shaye, Ty Simpkins, Barbara Harshey, Steve Coulter, Leigh Whannell u Angus Sampson
    Ħin tal-film:        105 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:           15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                 15
     
    Fl-1986, Carl, midjum jagħmel żjara lil ħabiba tiegħu Elise biex tipprova tiskopri x’qiegħed jiġri lil Josh, it-tifel ta’ Lorraine Lambert. Wara li Carl jirnexxielu jipnotizza lil Josh, Elise tipprova tiskopri l-lokal fejn Josh kien igħid li hemm “habiba”. Dan tagħmlu billi tilgħab miegħu l-loghba ta’ ‘Kiesah jew Shun’. Josh iwissi lil Elise biex ma tersaqx lejn il-kamra tiegħu u tfittex fil-gwardarobba. Iżda Elise ma tismgħax minnu, b’riżultat li xi hadd jigref idejja. Riżultat ta’ din l-esperjenza, Lorraine, Carl u Elise jaqblu li jippruvaw jipperswadu lil Josh biex jinsa dawn l-esperjenzi li kien qiegħed ikollu. Wara din il-ġrajja, l-istorja teħodna ħamsa u għoxrin sena wara, meta Renai, il-mara ta’ Josh qegħda tiġi interogata minn detektiv fuq il-mewt misterjuża ta’ Elise. Imħawda bit-teorija li r-raġel tagħha Josh seta’ kien il-qattiel, Renai flimken mall-familja tagħha tmur fejn darba Lorraine  kienet tgħix ma’ Josh. Matul il-lejl, meta kulħadd kien jinsab rieqed, Renai tibda tisma’ ħsejjes strambi bħal daqq ta’ pjanu jdoqq waħdu. Renai tibda tissuspetta li fir-raġel tagħha Josh, kien  hemm fih l-ispirtu ta’ dik il-mara xiħa. Iżda Josh jipperswadiha biex ma tinkwieta xejn għaliex kollox kien sejjer ikun sew. Il-jum ta’ wara, Renai tara mara libsa bl-abjad bil-qegħda fil-kamra tas-sallot. Renai wkoll tisma’ t-tarbija tagħha tibki u meta tmur tara’ x’ġara tiġi wiċċ imbwiċċ mal-mara libsa l-abjad u ssib ruħha fl-art mitlufa minn sensiha. Sadanittant, Lorraine tagħmel żjara lill-kollegi ta’ Elise, Specs u Tucker biex tipprova ssib spjegazzjoni għal dak li qiegħed jiġri. Specs u Tucker jitolbu l-għajnuna ta’ Carl li jiddeċiedi li jsiru jafu xi ħaġa permezz ta’ tfieħ ta’ dada. X’joħroġ min din il-‘loghba’?  Tgħid ikollhom indikazzjoni ta’ fejn  jistgħu jibdew l-investigazzjoni tagħhom?

    Film tal-bizà u li jzommok fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Minħabba vjolenza fiżika, xeni intensivi li anke jnvolvu tfal,  barra wkoll kliem goff u profan, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax–il sena.