• Free Birds

  • ***

    Direttur:        Jimmy Hayward
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Owen Wilson, Woody Harrelson, Amy Poehler
    Ħin:                91 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  U
    Klassifika tal-Knisja:       U
     
    Dundjan jismu’ Reggie huwa mwarrab minn sħabu fir-razzet fejn jgħixu għax ma’ jimxix mal-kurrent, u sħabu ma’ jagħtux kas tat-twissijiet tiegħu dwar il-bidwi u l-mannara tiegħu, sakemm għal xi wħud minnhom ikun tard wisq. Il-President Amerikan jasal għal-għarrieda fir-razzett biex jagħżel wieħed mid-dundjani biex jieħdu miegħu u jagħtih il-maħfra uffiċċjali qabel il-festa tat-Thanksgiving. Ħu jagħżel lil Reggie u jieħdu miegħu f’Camp David fejn jibda jgħix fil-luzzu. F’qasir żmien isir iħobb il-pizza u jgħoxa jara telenovella romantika fuq it-tv. Wara xi żmien jinħataf minn dundjan ieħor, jismu’ Jake, il-fundatur tat-Turkey Freedom Front. Jake isieħeb miegħu lil Reggie fi pjan tal-ġenn: li jmorru lura fiż-żmien għas-sena 1621, meta saret l-ewwel Thanksgiving Day, u jagħmlu mod li d-dundjani jitħallew barra mill-ikla ta’ din il-festa. Huma jaħtfu ‘time machine’ u jillandjaw fi Plymouth, Mass., fejn jiltaqgħu mad-dundjani ta’ dak iż-żmien, immexxijin minn Chief Broadbeak u binthu Jenny. Reggie u Jenny jieħdu grazzja ma’ xulxin mill-ewwel, filwaqt li Jake jissielet ma’ ħu Jenny, Ranger, dwar min minnhom se jkun il-kap li jwettaq il-pjan ta’ Jake. Id-dundjani jkunu jridu jirribellaw minħabba nuqqas ta’ ikel, u jmorru jeħduha mal-gvernatur Bradford, li jqabbad lil kattiv Myles Standish u l-klieb feroċi tiegħu biex jaqbdu lid-dundjani fil-ħin għal pranzu ma’ l-Indjani. Id-dundjani jaħarbu bil-klieb jiġru warajhom.
     
    Film kummiedja animat fi 3D dwar il-festa nazzjonali ta’ l-Istati Uniti, it-Thanksgiving Day, li fiha l-ikel prinċipali huwa d-dundjan. Film ta’ divertiment għal-familja kollha. Fih xi ċajt ftit goff and xi xeni ta’ vjolenza u ta’ periklu. Jgħodd għal kullħadd.