47 Ronin

  • 47 Ronin

  • ***

    Direttur:        Carl Rinsch
    Atturi:            Keanu Reeves, Hiroyuki Sanada, Ko Shibasaki
    Ħin:                119 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Il-vili Lord Kira joqtol lit-twajjeb Asano permezz ta’ seħer billi jġgħalu joqtol lilu nnifsu biex b’hekk isalva l-unur tal-familja tiegħu u tas-saltna tiegħu. Kif Asano imut Kira mall-ewwel jaħtaf l-artijiet tiegħu u jmur biex jieħu lil bint ħelwa ta’ Asano, Mika, u jiżżewwiġha. Mika, iżda, tħobb biss lil Kai, ġuvni misterjuż ta’ razza mħallta u li n-nies kienu jaħsbu li kien imnissel mix-xjaten tal-foresta, u għalhekk kullħadd kien iwarrbu ħlief Asano, li kellu qalbu tajba, u l-familja tiegħu. Meta n-nies ta’ Asano jiġu mkeċċija, il-ġeneral Oishi u grupp żgħir ta’ ronin jew gwardji samurai, imorru jistaħbew fil-foresta u jippjanaw il-vendetta tagħhom. Iżda jekk huma ma’ jieħdux azzjoni sa fi żmien sena, Kira jilħaq jiżżewweġ lil Mika u jieħu kontroll tas-saltna tagħhom. Billi huma kienu tilfu x-xwabel tagħhom, issa m’humiex kapaċi jeħduha kontra l-qawwa ta’ Kira. Meta jidher li m’hemmx tama għalihom,  Kai jaċċetta li joffrilhom l-għajnuna tiegħu.
     
    Film t’azzjoni u fantasija, fi 3D, ibbażat fuq ġrajja vera u li seħħet fil-bidu tas-seklu 18 fil-Ġapan, ġrajja li għal-ġappuniżi għadha sal-llum storja maħbuba ta’ lejalta’ u unur. Għalkemm dan il-film jittratta l-elementi mportanti ta’ din il-ġrajja, id-direttur idaħħal elementi oħra li huma barranin għaliha, bħas-seħer u monstri. Il-film fih xeni ta’ vjolenza qawwija u xi xeni li jistgħu jħawwdu lil dak lit-tfal. Nissuġġerixxu li tfal sa 12 il-sena jkunu akkumpanjati mill-ġenituri.