The Secret Life of Walter Mitty

  • The Secret Life of Walter Mitty

  • ***

    Direttur:        Ben Stiller
    Atturi:            Ben Stiller, Kristen Wiig, Adam Scott
    Ħin:                114 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: PG
     
    Walter Mitty jaħdem fid-dipartiment tar-ritratti ta’ Life magazine li jkun għadu kif inxtara minn sidien ġodda u li issa ma kienux se jibqgħu jipprintjawħ. Dan ifisser li ħafna mill-ħaddiema se jitilfu l-impjieg tagħhom. Walter jaħdem f’uffiċċju żgħir jieħu ħsieb in-negattivi tar-ritratti. Iżda dak li kien itelliflu n-nagħas ma kienx il-ħsieb li jista’ jispiċċa bla xogħol imma l-ġibda li jkollu lejn kollega, Cheryl. Biex jaħrab mir-realta’  tal-ħajja Walter sikwit jgħib f’dinja ta’ fantasiji u ħolm mimliha eroiżmu, mħabba u azzjoni. Meta jiġi mqabbad isib ritratt minn dawk meħudin mill-fotografu ċelebri tal-magazine biex iġibuħ fuq il-faċċata ta’ quddiem ta’ l-aħħar edizzjoni tal-magazine, ma jkunx jista’ jsib dak ir-ritratt u minħabba f’hekk l-impjieg tiegħu jisfa mhedded. Walter bl-għajnuna ta’ Cheryl jipprova jsib lil fotografu, jtir lejn Greenland u Iceland, jaqbeż minnhelicopter, jgħum fost klieb il-baħar u jiskateboardja lejn volkan attiv. Il-vjaġġ li jagħmel jinbidel f’avventura aktar straordinarja minn dak li qatt seta’ jimmaġina, iżda huwa diffiċli tgħid jekk dan isirx fid-dinja rejali jew tal-fantasija.
     
    Film t’avventura u avventura. Dan il-film hu verżjoni ġdida tal-film bl-istess isem li ħareġ fl-1947 ibbażat fuq il-kitba ta’ James Thurber. Film interessanti, b’ton komiku. Minħabba xi kliem goff u xi xeni ta’ vjolenza u periklu nissuġġerixxu li t-tfal ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.