Getaway

  • Getaway

  • **

    Direttur:        Courtney Solomon
    Atturi:            Ethan Hawke, Selena Gomez, Jon Voight, Rebecca Budig
    Ħin:                90 minuti.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Brent Magna huwa ex-tellieq tal-karozzi. Meta jasal lura l-flat tiegħu jsib li marthu Leanne kienet ġiet maħtufha waqt li kienet qedha żżejjen il-christmas tree. Milli jidher il-moħħ kriminali anonimu wara dan il-ħtif mhux qed ifittex riskatt ta’ flus imma li Brent isuq karozza mkabra li jkun seraq b’veloċita’ kbira fit-toroq ta’ Sofia, fil-Bulgaria, u jagħmel pandemonju sħiħ, biex l-attenzjoni tal-pulizzija ddur fuq din il-karozza u hu, il-kriminali, ikun jista’ jwettaq serqa minn bank b’mod aktar faċli. Wara li Brent jibda jsegwi l-istruzzjonijiet tal-kriminali u jsuq il-karozza b’veloċita’, it-tfajla sid tal-karozza tmur għalih b’revolver u tgħidlu biex jagħtiha l-karozza lura. Brent ma jkunx irid u t-tfajla tirkeb fil-karozza, u wara ftit tal-ħin tibda tgħinu biex jaqliba lil kriminali.
     
    Film t’azzjoni. Fil-prattika l-film jikkonsisti f’Ethan Hawke jsuq karozza b’veloċita kbira u jaħbat jew iġiegħel jaħbtu ħafna karozzi matul din il-ġirja. Fih script fqir u djalogu mill-inqas, u wara ftit tal-ħin il-film isir monotonu. Fih ħafna vjolenza tal-azzjoni u xi kliem u mossi ħżiena. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.