• Grudge Match

  • ***

    Direttur:          Peter Segal
    Atturi:              Robert De Niro, Sylvester Stallone, Kevin Hart, Alan Arkin, Kim Basinger u Jon Bernthal
    Ħin tal-film:    113 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          15
     
    Henry “Razor” Sharp u Billy “The Kid” McDonnen, żewġ boksers li ltaqgħu f’żewġ konfronti tant snin ilu, meta ġew għat-tielet ġlieda,  Razor iddeċieda li jirtira. Dan kien ifisser it-tmiem tal-karriera tagħhom it-tnejn bħala boksers. Jgħaddu s-snin u Razor illum insibuh jaħdem f’tarzna. Jum wieħed, il-promutur tal-logħob tal-ibboksjar, Dante Slate Jn., jipprova jħajjar lil Razor biex jirrikordja fi studju logħba tal-ibboksjar għall- logħba ta’video. Għall-ewwel Razor ma jaċċettax iżda meta jiġi offrut is-somma ta’ $15,000 jaċċetta għax xtaq ħafna li jtejjeb il-dar fejn kien joqgħod. Meta sab ruħu fl-istudju, Razor isib li miegħu kien kien  hemm ukoll Kid li kien mistieden minn Dante biex jiehu seħem. Il-laqgħa ta’ bejniethom spiċċat f’diżastru għaliex it-tnejn qabdu f’xulxin u f’qasir żmien farrku dak kollu li sabu quddiemhom b’riżulat li t-tnejn spiċċaw arrestati. Il-ġlieda bla ħsieb kienet ġiet irrikordjata u f’qasir żmien tpoġġiet fuq YouTube, li ma jdumx ma jsir virali. Slate tiġih l-idea li Kid u Razor jaffrontaw lil xulxin din id-darba quddiem il-pubbliku. Dan il-konfront bejnn dawn it-tnejn kien sejjer ikun: “Ġlieda ta’ Mibeghda”. Kid jaċċetta mill-ewwel.  Razor jiġi sforzat biex jaċċeta wkoll wara li sab ruħu bla xogħol. F’konferenza stampa li fiha kellha titħabbar il-ġlieda, Razor  jiltaqa’ ma’ Sally Rose, issa li kienet tinsab armla,  darba kienet il-għarusa tiegħu iżda li kienet qarrqet  bih meta minn Kid kienet ħarġet tqila. Għal dak li ġara, Razor iddeċieda li ma jkompliex il-karriera tal-boksing. Issa li ġiet l-opportunita` li jpattija lil Kid, tgħid jirnexxielu? Iżewġ boksers jibdew l-istħarriġ tagħhom b’serjeta` kbira. Razor jitlob l-għajnuna ta’ Louis “Lightning” li fl-imgħoddi kien jittrenjah,  illum –il ġurnata veteran; waqt li Kid, jitlob lit-tifel tiegħul B.J.  biex jieħu ħsiebu u dan kontra x-xewqa ta’ Sally.  Min sejjer jirbaħ. Sadanittant Sally tkompli turi interess f’Razor.

    Film kummiedja li jlaqqana ma’ żewġ atturi famużi, Stallone u DeNiro. Minħabba l-istorja fiha nfisha, kliem goff kif ukoll vjolenza,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu il-ħmistax –il sena,