• Don Jon

  • ***

    Direttur:        Joseph Gordon-Levitt
    Atturi:            Joseph Gordon-Levitt, Scarlett Johansson, Julianne Moore
    Ħin:                90 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Jon Martello jaħdem bħala barman. Huwa għandu l-vizzju tal-pornografija u jqatta’ siegħat quddiem il-computer jara l-pornografija u jimmasturba. Filgħaxijiet joħroġ ma’ sħabu u jmur fi clubs biex isib in-nisa; meta jsib xi waħda tgħodd għalih ħafna drabi jqatta’ l-lejl magħha. Imma għal Jon sess ma’ mara ma’ jissodisfaħx daqs meta jagħmel waħdu quddiem il-computer. Iżda mbagħad jiltaqa’ ma’ Barbara Sugarman, li tinteressah u jibda jiltaqa’ magħha filwaqt li hi tħallih jistenna biex jagħmel is-sess magħha sakemm tieħu mingħandu dak li trid. Meta sa fl-aħħar jagħmlu s-sess it-tnejn li huma jispiċċaw iddiżappuntati. Hija tgħidlu jwegħda li ma jarax aktar pornografija u meta taqbdu li ma żammx kelmtu teħoda bi kbira. Aktar tard jiltaqa’ ma’ Esther, mara aktar matura, li tinkuraġġih jaqta’ l-vizzju tiegħu u jibni relazzjoni vera ma’ mara.
     
    Film drammatiku dwar l-ossessjoni u l-vizzju tas-sess. Il-film irid iwassal il-messaġġ li l-vizzju jagħmlek skjav tiegħu u jagħlqek fik innifsek, u li huwa ferm aħjar li tibni relazzjoni b’saħħitha ma’ persuna oħra. Biex jagħmel dan, iżda, id-direttur iġib ħafna xeni grafiċi ta’ sess, filwaqt li jpinġi l-qrar biż-żuffjett. Fih ħafna kontenut sesswali u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.