• Thanks for Sharing

  • ***

    Direttur:        Stuart Blumberg
    Atturi:            Gwyneth Paltrow, Joely Richardson, Josh Gad, Mark Ruffalo
    Ħin:                110 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Adam għadu kif għalaq ħames snin ta’ astinenza fil-ġlieda tiegħu mal-vizzju tas-sess. L-isponsor tiegħu, Mike, huwa kburi bih għalkemm hu stess qed jitħabat ma’ ibnu stinat li rnexxielu jeħles mill-vizzju tad-droga mingħajr l-għajnuna ta’ xi support group. Adam, sadanittant, qed jisponsorja lil Neil li qed jagħmel it-terapija sempliċement għax il-qorti ordnatlu biex jagħmilha; fil-fatt mhux qed jieħu l-programm ta’ terapija bis-serjeta’, sakemm jiltaqa’ ma’ Dede, membru ieħor tal-grupp li hu ribelli. Adam issa jieħu grazzja ma’ Phoebe, iżda kif sejjer jgħidilha dwar il-vizzju tiegħu?
     
    Film drammatiku u kummiedja minn Blumberg, l-istess direttur ta’ The Kids Are All Right, li jirnexxielu joħrog l-aħjar mill-atturi tiegħu. Huwa film dwar l-vizzju tas-sess, li l-film jqiesu bħala marda, li biex tfiq minnha trid ħafna dixxiplina miegħek innifsek u determinazzjoni. Il-film iwassal il-messaġġ li neħtieġu l-għajnuna ta’ xulxin jekk irridu nbiddlu xi ħaġa fina nfusna. Fih temi skabrużi, sesswalita’ u kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.