• I, Frankenstein

  • **

    Direttur:        Stuart Beattie
    Atturi:            Aaron Eckhart, Yvonne Strahovski, Bill Nighy, Miranda Otto
    Ħin:                92 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Fit-18 il-seklu Frankenstein għamel ħliqa speċi ta’ bniedem li mhux biss għandhu l-ħajja imma wkoll għamlu wkoll immortali. Wara li ra l-mostru li kien ħalaq Frankenstein ipprova joqtlu iżda spiċċa biex miet hu iffriżat waqt li jkun qed jiġri warajh biex joqtlu. Dan il-mostru jibqa’ għal madwar 200 sena rieqed, iżda issa jerġa’ jqum u  jsib ruħu maqbud fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin. Fuq in-naħa tat-tajjeb hemm grupp ta’ anġli li nbidlu f’gargulji animati, immexxijin mir-reġina tagħhom Leonore; dawn jgħixu ġo katidral u jieħdu l-ordnijiet tagħhom mingħand San Mikiel l-Arkanġlu. Fuq in-naħa tal-ħażin hemm ġemgħa ta’ demonji mmexxijin minn prinċep tad-demonji li jgħix fid-dinja, jismu’ Naberius. L-anġli, gargulji, li jiġu megħlubin jirritornaw lejn il-ġenna f’raġġi  ta’ dawl, filwaqt li x-xjaten li jiġu megħlubin jesplodu fi blalen tan-nar. Leonore lil mostru tagħtih l-isem ta’ Adam u tkun tridu jissieħeb magħha biex jiġġieled kontra Naberius u l-armata tiegħu li jkunu qed ifittxu lil Adam biex jiskopru s-sigriet tiegħu u jagħmlu ħlejjaq oħrajn bħalu. Adam jinduna li l-iskop ta’ Naberius huwa li jeqred lil gargulji biex imbagħad jeqred lil bnedmin jew iżommhom skjavi tiegħu. Adam jiddeċiedi li jeqred lil Naberius u b’hekk isalva lil bnedmin.
     
    Film t’azzjoni u fantasija, fi 3D, ispirat mill-ktieb ta’ Kevin Grevioux. Minkejja reċtar tajjeb mill-atturi prinċipali, il-film għandu storja u djalogu fqar li ma tantx jirrenduh interessanti. Fih ħafna vjolenza u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.