• That Awkward Moment

  • *

    Direttur:          Tom Gormican
    Atturi:             Zac Efron, Miles Teller, Michael B. Jordon, Imogen Poots, Mackenzie Davis u Jessica Lucas
    Ħin tal-Film:    94 min.
    Film maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18
     
    Jason, Daniel u Mikey, tliet iħbieb kbar iżda b’karattri differenti għal kollox minn xulxin. Mikey hu tabib u miżżewweġ waqt li Jason u Daniel jaħdmu flimkien jiddisinnjaw xi qoxra ta’ ktieb. It-tnejn mhux miżżewwġin u jinsabu kuntenti ħafna jgħixu l-ħajja ta’  għażeb, kuntenti bil-ħafna ħbieb tfajliet li jqattgħu ħinhom magħhom iżda bla ebda rabta. Jum wieħed,  Mikey isir jaf li martu Vera kien qiegħed ikollha relazzjoni ma’ raġel ieħor u li xtaqet tiddivorzja. Mikey imkissser u ffrustrat għall-aħħar għal din l-aħbar,  jispiċċa jmur igħix  ma’ Jason u Daniel li t-tnejn urew solidarjeta` kbira miegħu għal dak li ġralu u wegħdu li huma qatt mhu sejjer ikollhom xi relazzjoni serja li twassalhom għaż-żwieġ. Iżda mhux kemm wieħed jipproponi għaliex jum wieħed,  Jason jaqa’ għal Ellie u f’lejla jkollhom x’jaqsmu flimkien.  Jason kien jemmen li Ellie kienet prostituta iżda fil-fatt ma kienx hekk għaliex malajr  isir jaf l-għada meta din Ellie titfaċċa fl-uffiċju tiegħu u ta’ Daniel għaliex kienet sejra taqbad il-karriera ta’ kittieba u  kienet qabdet il-kumpanija fejn kienu jaħdmu huma biex jgħinuha fix-xogħol tagħha. Daniel sadantittant jorqod ma’ Chelsea, ħabieba tagħhom ilkoll, waqt li Mikey jagħmel ħiltu kollha biex jerġa’ jirranġa ma’ martu.  Għalhekk it-tlieta li huma jibdew relazzjoni ta’ mħabba u l-fatt li kienu għamlu patt ma’ xulxin li ma jidħlu fl-ebda relazzjoni ntima ma’ hadd, għamlu minn kollox biex jaħbu dawn ir-relazzjonijiet minn xulxin sakemm….

    Film Amerikan, kummiedja romantika bi storja fqira u vulgari b’ħafna ċajt goff u kliem doppju sens fuq is-sess. Minħabba l-istorja fiha nfisha  kif ukoll imġieba xejn xierqa ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.