• Mr  Peabody & Sherman

  • ****

    Direttur:          Rob MInkoff
    Ilħna:               Ty Burrell, Max Charles, Ariel Winter, Leslie Mann u Stephen Colbert
    Ħin tal-Film:    92 min
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG
     
    Mr. Peabody hu negozjant kbir, xjentist, inventatur, jħobb jiekol tajjeb, rebbieħ darbtejn ta’ midalji fil-Logħob Olimpiku, iżda fuq kollox mhux bniedem iżda kelb. Mr. Peabody kien irnexxielu  jivvinta magna taż-żmien magħrufa bħala l-“WAYBAC”.  Ta’ dan is-suċċess kollu, Mr. Peabody ingħata d-dritt  li jaddotta tifel meta dan sabu mitluq ġewwa sqaq.  Mr. Peabody semmieħ Sherman.  Fl-ewwel jum ġewwa l-iskola fejn beda jattendi , f’argument fuq George Washington  li kellu ma’ Penny Peterson, tifla tal-eta` tiegħu, Sherman spiċċa l-argument billi gidmilha idejha. L-awtorita` tal-iskola ħadu dan l-inċident b’serjeta`  kbira u kien hemm il-biża` li Mr. Peabody jitlef il-kustodja ta’ Sherman. Mr. Peabody biex jipprova jirranġa l-qagħda, stieden għall-ikel il-familja ta’ Penny. L-ewwel għaxar minuti kienu diffiċli ħafna biex forsi jkun hemm xi forma ta’rikonċiljazzjoni. Mr. Peabody għamel minn kollox biex l-iżball li għamel Sherman jintesa u forsi anke jsiru ħbieb. Sherman ma baqgħax lura anqas u biex forsi Penny taħfirlu, iddeċieda juri lil Penny il-magna maġika taż-żmien: “The Waybac” li Mr. Peabody kien ivvinta.  Din il-magna kellha s-seħer li tieħdok fi żmien. Ftit minn dawn l-avventuri li Mr. Peabody ħaduh fiż-żmien kienu waqt ir-Rivoluzzjoni Fanċiża u ż-żmien meta kien jgħix George Washington. Sherman  fl-avventura li ħa lil Penny, isib  ruħhu ġewwa l-Eġittu tal-qedem u hemm il-farajuni  Tur  jitfa’ għajnejh fuq Penny u ried bil-fors li Penny tiżżewweġ lil prinċep eredi,  iżda Penny dan żgur qatt ma kienet tixtiequ. X’jiġri minn Sherman u Penny meta jsibu ruħhom f’din il-qagħda mwegħra? Mill-liema avventuri jgħaddu minnhom  biex jeħilsu mis-saram li sabu fih? 

    Film bi 3D, bi storja tassew oriġinali u li għandha żgur togħġob kemm l-iżgħar  kif ukoll lill- kbar. Għandu messaġġ pożittiv li wieħed għandu jirrispetta kull kreatura, bniedem jew mhux. Minħabba xi xeni xi ftit tal-biża’, jkun tajjeb li t-tfal iż-żgħar jkunu akkompanjati minn xi adult.