• Via Sagra Djoċesana f’San Vinċenz de Paul

  • Illejla, 16 ta’ April 2014 fis-7.30 p.m., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-Via Sagra Djoċesana organizzata minn radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta fir-Residenza għall-anzjani San Vincenz de Paul, Ħal-Luqa.

    Din is-sena, il-Knisja għażlet li torganizza l-Via Sagra f’din ir-residenza biex tkun qrib l-anzjani, speċjalment dawk li qed ibatu u li huma waħedhom.