• Il-mira tal-Caritas Malta hija l-persuna umana u dak kollu li jista’ jgħin fl-iżvilupp personali tagħha.

      Il-Caritas Malta taqbel illi għandu jkun hemm riforma fil-liġijiet dwar id-drogi u tapprezza l-inizjattiva li ħa l-Gvern fil-White Paper li qed tiġi ppubblikata.

  • Il-Caritas Malta:

    • temmen illi l-għan tar-riforma għandu jkun illi d-droga tibqa’ titqies bħala ħaġa ħażina fiha nnfisha;
    • ma tnagħmilx distinzjoni bejn soft u hard drugs;
    • taqbel illi persuni li jinqabdu b’pussess ta’ droga għall-użu personali għall-ewwel darba għandu jkun hemm dipenilizzazzjoni tar-reat bil-għan illi persuna jsirilha assessment minn Aġenziji ta’ Riabilitazzjoni biex tingħatalhom kura u trattament skont il-ħtieġa;
    • issostni li t-traffikanti tad-droga għadhom jingħataw piena skont l-abbuż;
    • ittenni l-ħtieġa li jitwaqqaf il-Qorti tad-Droga biex il-proċessi kriminali ma jieħdux fit-tul u jsir assessment minn tim ta’ persuni professjonali dwar il-grad ta’ responsabbilta’ tal-persuna li għamlet ir-reat;
    • ma taqbilx mad-dikriminilizzazzjoni tal-kannabis kif proposta fil-White Paper.

    Il-quddiem, il-Caritas Malta ser tagħti r-reazzjonijiet tagħha fid-dettal dwar il-White Paper.