• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Fr Glen Buhagiar bħala kappillan tal-parroċċa tal-Qrendi.

    Fr Glen Buhagiar twieled fit-19 ta’ April, 1980. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ St Francis, Bormla, l-edukazzjoni sekondarja fil-Kulleġġ Santu Wistin, tal-Pieta’, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Liċeo Paolino Vassallo, Raħal Ġdid. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

    Fr Glen ġie ordnat saċerdot fid-3 ta’ Lulju, 2008. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa taż-Żurrieq fejn serva għal dawn l-aħħar sitt snin bħala viċi arċipriet. Matul dan iż-żmien kien ukoll direttur spiritwali fil-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Subien, ta’ Ħal Kirkop.

    Il-parroċċa tal-Qrendi tiġbor fiha madwar 2,775 persuna f’820 familja.