• Fl-1 ta’ Settembru li ġej, ser jiġi inawgurat ċentru ta’ matul il-jum għall-ħarsien tat-tfal, fid-Dar Qalb ta’ Ġesù, St Venera. L-isem li ġie mogħti huwa ‘Arzella’. Dan iċ-Ċentru ser jilqa’ fiħ tfal ta’ taħt it-tliet snin. Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, il-Knisja f’Malta fetħet u mexxiet ħames ċentri bħal dawn għal tfal li ma jkollhomx ħtieġa jidħlu f’dar residenzjali. Dawn twaqqfu bil-koperazzjoni ta’ diversi ordnijiet reliġjużi, l-Uffiċċju Ċentrali EJJEW GĦANDI u bosta benefatturi.

    Iċ-Ċentru l-ġdid ser jitnieda b’riżultat tal-kollaborazzjoni mal-Knisja f’Malta, u ser jiġi ffinanzjat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Dan ser jitmexxa kollu kemm hu minn lajċi kkwalifikati.

    Dan il-proġett jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju Ċentrali EJJEW GĦANDI. Dan l-Ufficcju jikkoordina l-ħidma tad-Djar tat-Tfal filwaqt li flimkien mal-Ordinijiet Reliġjużi u l-Aġenżiji tal-Istat jgħin fl-iżvilupp u fil-kura tat-tfal u taż-żgħażagħ.