• Il-Papa Franġisku nnomina lil Dun Hector Scerri bħala wieħed mill-Konsulturi ta’ wieħed mid-Dikasteri tas-Santa Sede – il-Kunsill Pontifiċju li jippromwovi l-Għaqda fost l-Insara. Dun Hector Scerri, li għandu 48 sena, huwa l-Kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija Dommatika fl-Università ta’ Malta fejn ilu jgħallem għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Bħalissa huwa l-President tal-Kummissjoni Teoloġika tal-Konferenza Episkopali Maltija, u l-President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Huwa wkoll ic-Chairman tal-Kunsill Ekumeniku Malti. Dun Hector Scerri huwa attiv fid-djalogu ekumeniku fix-xena lokali.