L-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Isqof Annetto Depasquale u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieqa, nhar l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2009, waslu l-awguri tagħhom għal Milied lill-impjegati u l-kollaboraturi tal-Kurja. F’isem dawk kollha prezenti, Mons Lawrence Gatt rreċiproka dawn l-awguri lill-Isqfijiet. F’kelmtejn tal-okkażjoni, l-Arċisqof Pawlu Cremona awgura li dawk kollha li jaħdmu fil-Kurja jew f’xi istituzzjoni tal-Knisja jgħarfu li qed jaħdmu f’entita’ li l-għan ewlieni tagħha hu li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Dan qal għandu jiddistingwi lill-impjegati u l-kollaboraturi ta’ din l-entita’. L-Arċisqof qal ukoll li bħala proponiment għas-sena l-ġdida, se jibda jalloka ħin apposta fid-djarju tiegħu biex minn zmien għal zmien izur lil dawk li jahdmu fil-bini tal-Kurja bil-għan li jsir jafhom iktar mill-qrib u biex tikber is-sens ta’ komunjoni bejn dawk li jaħdmu u jagħtu servizz fil-Kurja.

Intant, fi zmien il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, l-uffiċċji tal-Kurja, Floriana, inkluz l-uffiċċju taz-zwiġijiet u t-taqsima tal-Amministrazzjoni, kif ukoll l-uffiċċji tat-Tribunal Ekklezjastiku, fil-Belt, se jkunu magħluqin għall-pubbliku mill-Ħamis, 24 ta’ Diċembru 2009, u jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn 4 ta’ Jannar, 2010.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.