• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Michael Bellizzi bħala kappillan tal-parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

    Dun Michael Bellizzi twieled fl-4 ta’ Novembru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, u l-edukazzjoni post-sekondarja fin-New Lyceum (Junior College). Huwa kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

    Dun Michael ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu  fil-parroċċa tal-Qrendi, u wara bħala viċi-kappillan fil-parrocci ta’ Wied il-Għajn u Raħal Ġdid (Kristu Re).  Tul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali f’diversi skejjel sekondarji (Carlo Diacono, Zejtun; Margaret Mortimer, S. Lucija; F.X. Attard, Marsa). Fr Michael serva ukoll bħala Assistent Ekkleżjastiku għaż-Żagħżagħ Azzjoni Kattolika (Z.A.K.) u għal dawn l-aħħar għaxar snin kien id-direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju.

    Il-parroċċa ta’ Ħal Tarxien tiġbor fiha madwar 8,700 persuna f’2,800 familja.