• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Evan Caruana bħala kappillan tal-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.

      Dun Evan Caruana twieled fit-2 ta’ Frar 1959. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

      Dun Evan ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1986. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu

      fil-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa. Fl-1991 inhatar kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, il-Gudja, fejn serva għal 13-il sena. Għal dawn l-aħħar ħdax-il sena huwa kien arċipriet tal-parroċċa Marija Bambina, in-Naxxar.

      Il-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar tiġbor fiha madwar 17,000 persuna f’5,400 familja.