• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun John Curmi bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, l-Imqabba.

    Dun John Curmi twieled fl-24 ta’ Settembru 1956. Huwa ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ Lulju 1985. Il-ħidma pastorali tiegħu kienet tinkludi ħidma fil-parroċċa ta’ Ħal Kirkop, u fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCAST) fejn kien chaplain għal dawn l-aħħar sitt snin.

    Il-parroċċa tal-Imqabba tiġbor fiha madwar 3,370 persuna f’1,100 familja.