• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun David Gauci bħala Arċipriet tal-parroċċa Marija Bambina, in-Naxxar. 

    Dun David Gauci twieled fit-2 ta’ Marzu 1965. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja fl-iskola St Monica u fis-Seminarju Minuri, Tal-Virtù, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

    Dun David ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1994. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-parroċċa tal-Mosta fejn serva għal erba snin, u wara fil-parroċċa ta’ Ħ’Attard għal perijodu ta’ sentejn. Fis-sena 2000 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Lija. Huwa wkoll kappillan maġistrali tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta.

    Il-parroċċa tan Naxxar tiġbor fiha madwar 15,500 persuna f’4,300 familja.