• Nhar il-Ħadd 19 t’Ottubru, hija l-Ġurnata Missjunarja. Il-Ġurnata fejn id-dinja tiftakar fil-Missjoni u fil-missjunarji kollha.

    “Agħtuhom Intom X’Jieklu”.
    Din hija s-sejħa li Ġesù għamel lil appostli biex jitimaw lil eluf ta’ persuni li kienu qed jisimawh. Dan l-istess kliem qed jgħidu lilna biex ngħinu lil dawn ħutna fil-bżonn.
     
    Biex niċċelebraw din il-ġurnata, Missio ser jiċċelebra quddies fid-9.00am fis-Seminarju tal-Arċisqof li ser tkun imxandra fuq it-televizjoni. Din il-quddies ser tiġi iċċelebrata min-Nunzju ta’ Malta Mons. Cavalli.
    Wara ser issir ċerimonja tal-Kafe fuq stil Etjopjan u wara jkompli il-Festival of the Nations. Waqt il-ġurnata tal-Ħadd ser issir diskussjoni b’diversi esperjenzi u anke testimonjanzi. L-attività tkompli għaddejja wara nofsinhar.