• Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku aċċetta r-riżenja tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof Cremona rriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ir-riżenja tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2014 f’nofsinhar ħin ta’ Malta. Mons. Cremona ngħata t-titlu ta’ Arċisqof Emeritu ta’ Malta. F’ittra ndirizzata lil Mons. Cremona, il-Qdusija Tiegħu l-Papa rringrazzja lill-Arċisqof Emeritu għall-ministeru episkopali tiegħu li kien magħruf u apprezzat għall-imħabba pastorali u l-kuntatt uman mill-qrib mal-Poplu ta’ Alla.

    Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku nnomina lill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone, bħala Amministratur Appostoliku sede vacante bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjocesi ta’ Malta sakemm l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta jieħu l-pussess kanoniku tal-Arċidjoċesi. Fil-perjodu li fih is-Sede Arċiveskovili ta’ Malta tkun vakanti, il-ministeru pastorali ordinarju huwa assikurat taħt it-tmexxija tal-Amministratur Appostoliku, iżda kull inizjattiva innovativa titħalla għad-deċiżjoni tal-Arċisqof il-ġdid.

    Is-Santa Sede tat struzzjonijiet lill-E.T. n-Nunzju Apostoliku, Mons. Aldo Cavalli, biex jibda l-proċess kanoniku ta’ konsultazzjoni u dixxerniment li jgħin lill-Qdusija Tiegħu l-Papa fl-għażla tiegħu tas-suċċessur tal-Arċisqof Cremona.

    Il-Membri kollha tal-Kleru, ir-Reliġjużi, u l-Fidili Insara kollha huma mħeġġa jitolbu għall-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, għall-Isqof Charles Scicluna, l-Amministratur Appostoliku,  u għall-proċess kanoniku li ser iwassal biex jintgħażel l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta.

  • L-Ittra tan-Nunzju Appostoliku lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocityonline.com

  • Agħfas hawn biex tniżżel l-ittra tal-Arċisqof lis-saċerdoti.
    Agħfas hawn biex tni
    żżel iċ-ċirkulari mill-Kurja tal-Arċisqof.
    Agħfas hawn biex tniżżel siltiet mill-Liġi Kanonika dwar ħatriet ta’ Isqof ġdid (bl-Ingliż).