Djakonija

  • Vigarju Episkopali għad-Djakonija

    Fr Charles Cordina

    Telefon

    25906629

    Imejl

    charles.cordina@maltadiocese.org

    Ir-rwol tal-Vigarju Episkopali għad-Djakonija huwa li jmexxi l-ħidma tal-Knisja fix-xogħol soċjali tagħha.


    Migranti – Direttur Nazzjoni

    Mons. Alfred Vella

    Telefon

     2124 0255, 2123 2545

    Imejl

    fravella@onvol.net

    Ir-rwol ta’ Mgr Fr Alfred Vella hu direttur tal-Kummissjoni u għalhekk irid jikkordina l-ħidma kollha tal-istess Kummissjoni li għandha l-għan li tmexxi l-ħidma pastorali mal-persuni kollha li huma f’mixja, jiġifieri mhux dejjem huma stabbiliti f’Malta għal xi raġuni jew oħra bħal emigranti li jirritornaw lura, refuġjati u dawk kollha li jfittxu kenn f’pajjiżna, turisti, u dawk li jitħalltu ma’ Maltin permezz taż-żwieġ u ma jappartjenux lil xi kommunità libgwistika.


    Ġustizzja u Paci

    Perit Daniel Darmanin

    Imejl

    justiceandpeace@maltadiocese.org

    L-irwol tal-Kummissjoni huwa li tnissel għarfien tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja.


    Caritas

    Anthony Gatt

    Telefon

    25906600

    Imejl

    anthony.gatt@caritasmalta.org

    Ir-rwol tad-Direttur tas-servizzi li toffri l-Caritas f’Malta fid-diversi oqsma soċjali jinkludi s-servizzi residenzjali kif ukoll servizzi fil-komunità għar-riabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma fil-komunità favur persuni vulnerabbli inkluż anzjani (HelpAge), riċerka u żvilupp, kif ukoll ħidmiet ta’ sapport u għajnuna professjonali lil diversi persuni u familji f'diffikultà.


    Djar għat-Tfal

    Andrew Azzopardi

    Telefon

    25906308

    Imejl

    andrew.azzopardi@maltadiocese.org

    Ir-rwol tad-direttur tad-Djar tat-Tfal huwa li jikkordina l-ħidma tal-Istituti tat-tfal u li jaċċerta li qed iseħħ l-iżvilupp meħtieġ tat-tfal.


    Djar għall-Anzjani

    André Vassallo Grant

    Telefon

    25906444

    Mowbajl

    99429775

    Imejl

    andre.vassallo.grant@maltadiocese.org

    Il-Knisja f’Malta tqis il-kura tal-persuni anzjani bħala waħda mid-dmirijiet pastorali kbar tagħha. Dan tagħmlu permezz tad-Djar tal-Anzjani li huma mmexxijin kemm minn Kongregazzjonijiet u Għaqdiet kif ukoll mill-Amministrazzjoni Ċentrali. 


    Djar għall-Persuni b'Diżabilità

    Dun Martin Micallef

    Telefon

    21462844

    Imejl

    mmicallef@dartalprovidenza.org

    Ir-rwol tad-direttur għall-Persuni b'Diżabilità huwa li jikkordina l-ħidma tad-Dar tal-Providenza u djar oħra li joffru post fejn nies bi bżonnijiet speċjali jgħixu qrib il-kommunità.