• L-Erbgħa 19 ta’ Novembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, żar l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary, in-Naxxar, u ltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-istudenti tal-iskola. Matul din iż-żjara, l-Isqof Scicluna kellu l-opportunità jiddjaloga mal-istudenti u jwieġeb il-mistoqsijiet tagħhom dwar diversi temi u suġġetti. Iż-żjara ntemmet b’mument ta’ talb animat mill-istudenti tal-istess skola.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com