• Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat, is-Sibt 6 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr. Il-Quddiesa ser issir fil-Katidral tal-Imdina u tibda fis-6.00 p.m.

    L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru, fid-9.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-iskejjel primarji, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru, fis-6.30 p.m., fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara, l-Isqof Scicluna ser jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil sitt seminaristi.

    L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru, fil-11.30 p.m., fil-Katidral tal-Imdina, l-Isqof Scicluna ser imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat u l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

    Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru, fid-9.15 a.m., fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra mal-Kapitlu Metropolitan Quddiesa Stazzjonali fl-okkazjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.

    L-Erbgħa 31 ta’ Diċembru fil-5.30 p.m., fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ tmiem is-sena.