• Il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, żar lill-istudenti u l-voluntiera li qed jieħdu sehem fl-attività ‘Make My House a Home Orange Campaign’,  fuq il-kampus tal-Università. Matul din il-kampanja qed jinbiegħ larinġ magħsur biex jinġabru l-flus għall-Preventive Care Unit fi ħdan l-Uffiċċju ‘Ejjew Għandi’, li tgħin il-familji bi tfal li huma f’riskju ta’ faqar.  Din il-kampanja  qed tiġi organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ RTK 4 Charity.
     
    Dalgħodu, żaru wkoll din il-kampanja l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, l-Onor. Michael Farrugia, u x-shadow minister għall-Edukazzjoni, l-Onor. Clyde Puli.

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocitymalta.com