• Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jtenni l-pożizzjoni tiegħu dwar dokument li rriferew għalih l-Unjin tal-Għalliema u l-General Workers Union, li l-abbozz ta’ dan id-dokument huwa parti minn proċess kontinwu ta’ konsultazzjoni fil-Knisja u l-awtoritajiet tal-iskejjel tal-Knisja. Is-Segretarjat jirrizerva d-dritt li jwettaq din il-konsultazzjoni b’mod ħieles, u li jikkumenta meta l-Knisja tkun f’pożizzjoni li twassal lill-pubbliku xi policies li jikkonċernaw l-iskejjel tagħha, fid-dawl tal-identità u l-missjoni tagħhom, u fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. 

    Is-Segretarjat jappella għar-responsabilità biex l-istqarrijiet li jsiru jkunu vverifikati u ma jsirux abbazi ta’ rapporti fil-media li jagħtu lok għal konkluzzjonijiet żbaljati.