• Nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2014, sar festin tal-Milied għat-tfal residenti fid-Djar tal-Knisja, fl-awditorjum tas-Seminarju, f’tal-Virtu’. L-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. żaru dan il-festin u ltaqgħu mat-tfal preżenti. Din l-attività ġiet organizzata minn ‘RTK 4 Charity’ bħala parti mill-kampanja ‘Familji fil-Bżonn’. 

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja